- Fqar u għonja jgħannu
- Inħobbok f’min hu fqir
- Sar iż-żmien
- Armonija
- Ninni la tibkix Iżjed
- Qed jinfirex mal-widien
- Fuq tiben f’maxtura
- L-għanja tal-ħolqien
- Dawn l-idejn
- Jekk Jitgerrbu l-Għoljiet
- Ħdejk jien ġejt Mulej
- Ħudni f’idejk
- Inti Missierna
- Il-mibgħut
- Lilek Mulej tifħir u glorja
- Il-belt t’Alla
- Fis-skiet u l-ġabra
- Mulej f’idejk
- Fis-Santwarju tal-Madonna
- Ejjew mill-artijiet kollha
- Bierek Mulej
- Tneżżajt mill-ġmiel u l-maestà
- Il-fidwa nafuha ’l-Missier
- Nippreżentawlek Missier qaddis
- Kemm ser Iddum
- Nidħlu Lkoll
- Sibt Teżor
- Irrid nieħu sehem
- Araw xi mħabba
Fqar u għonja jgħannu
Fqar u għonja jgħannu;
Xjuħ u żgħażagħ jgħannu,
Jagħtu ġieħ lill-Mulej;
Joffrulu l-ħobż, joffru l-inbid,
Lesti li jwettqu kull ma jrid.
Joffrulu l-ħobż, joffru l-inbid,
Lesti li jwettqu kull ma jrid.
Ħares lejn id-dinja, tfittex dak il-hena
Li bħal fjuri tidbiel;
Agħtiha dduq, mill-ħobż u nbid,
U ixħet f’qalbha l-veru sliem.
Agħtiha dduq, mill-ħobż u nbid,
U ixħet f’qalbha l-veru sliem.
Inħobbok f’min hu fqir
Għax ngħid li nemmen fik Mulej
Li mħabbti kollha għalik,
Jekk ma narakx fil-fqir magħkus
Li l-ikbar xebħ jagħtik?
Kif għandi l-ħila ngħid li Int
Tinsab fil-ġmiel tal-ward,
U ninsa ‘l min jinsab fil-għaks
Fil-qtiegħ ta’ qalb, fil-mard?
Kif tista’ qalbi tfur bil-ferħ
W għanjietha tgħolli lejk,
Jekk mogħmi ma nilmaħx li hemm
Imsallab ħija ħdejk?
L-inbid u l-ħobż li jiena nduq
M’humiex se jtuqu r-ruħ
Jekk ma nismax l-għajat maħnuq
Ta’ min jinsab bil-ġuħ!
Mulej inħobbok f’min hu fqir
Li jġegħelni nemmen fik,
Għax nilmħek f’kull min hu magħkus
Li l-ikbar xebħ jagħtik.
Sar iż-żmien
Ara sar iż-żmien, issa hu ż-żmien
Qumu mir-raqda,tieqfux!
Is-saltna t’Alla mhux fil-bogħod, mhux fil-qrib
Is-saltna t’Alla ‘ġa hawn
Jekk il-maħżen imlejt b’ kull xorta ta’ ġid
Jekk il-maħżen ta’ qalbi imlejt
Kif se nwieġeb is-sejħa, is-sejħa tas-sid
Jekk bil-ġid ta’ din l-art jien tgħabbejt?
Ara sar iż-żmien, issa hu ż-żmien
Qumu mir-raqda,tieqfux!
Is-saltna t’Alla mhux fil-bogħod, mhux fil-qrib
Is-saltna t’Alla ‘ġa hawn
Armonija
Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna
Ifittex post ‘il bogħod
Mid-dlam u l-ksieħ
Kulfejn iħabbat m’hemmx
Ħlief djar mimlija
Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif tħenn.
Arah għaddej mit-triq bid-dwal imżejna
Presepji u pasturi hemm f’kull dar
Minn ġewwa ħiereġ kant u daqq ferrieħi
‘Ma dawl u daqq għalih ma jfisser xejn.
Rit:
Ma jridx jisma’
L-kant sabiħ tal-anġli
Ma jridx l-istilla ssebbaħ
B’dawlha l-lejl
Irid jgħix
Qalb nies jgħixu f’armonija
Irid isib li qalbek taf tħobb
Irid isib li qalbek taf tħobb.
Ninni la tibkix Iżjed
Ninni la tibkix iżjed
Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki
Għax aħna midinbin.
Ejjew, ejjew ja anġli
Mis-sema, mija mija
Ħdejn Alla li ħalaqkom
Bambin ġewwa l-fisqija. Rit:
Ejjew taraw b’għajnejkom
Lil Alla Kbir tal-ħniena
Bambin sabiħ u ħelu
Ininni ġo benniena. Rit:
Qed jinfirex mal-widien
Qed jinfirex mal-widien
Leħen l-anġli tas-smewwiet
Għanja ħelwa rahan ta’ ferħ
Qiegħda tfawwar qalb l-għoljiet.
Rit:
Gloria in excelsis Deo x2
Ħallu l-għorfa tajjru n-ngħas
Rgħajja nġabru għall-aħbar
Aħbar tajba riesqa ’l hawn
Kollha ferħ bla qatra mrar. Rit:
Fuq tiben f’maxtura
Fuq tiben f’maxtura, fost bhejjem ġo għar
Imgeżwra fi bċejjeċ ta’ ħrieqi wisq fqar
Hemm ċkejkna tarbija,
Ta’ ħlewwa bla qies, ta’ ħlewwa tas-sema
Li tgħaxxaq in-nies.
Min ġiegħlek tarbija, titwieled hawnhekk
Biex tibda minn issa tinħaqar daqshekk?
Kif ebda qalb waħda ma nstabet li tħenn
Biex f’rokna ta’ kmajra
Toffrilek ftit kenn?
L-għanja tal-ħolqien
Dieħla ġo qalbi
Hena ttini u ħlewwa
Tqattar mimlija
Bit-tagħrif tas-sewwa.
Sabiħa l-ħajja
Meta hi mibnija
Bl-imħabba t’Alla
Li ħalaqha għalija.
Rit: Ħajr nagħtu ’l Alla Għall-ġmiel li hawn madwarna Hu ħejja d-dinja Għalija u għalik.
Dawn l-idejn
Dawn l-idejn ħudhom għalik Mulej
Ħejjihom għal saltnatek fuq din l-art
Int qaddishom o Mulej
Biex fil-qadi għall-Feddej
Ixandru l-bxara t-tajba lill-bnedmin.
Din il-qalb imħeġġa għalik Mulej
L-imħabba ixħet fix-xogħol tal-idejn
Fit-taqbida ta’ kuljum
Kun għalihom kenn u tmun
Biex jaqdu lill-Ispirtu u lill-Missier.
Jekk Jitgerrbu l-Għoljiet
Rit: Jekk jitgerbu l-għoljiet
U l-muntanja ssir trab
Imħabbet Alla żgur qatt ma tinħatt
Tibqa’ hemm għal kull min Isejjaħlu ħin xħin
Għannu s-sebħ u l-ġmiel tal-Mulej.
Jista’ qatt jiċħdek Alla,
Jista’ Alla jinsa jħobb
Forsi omm tinsa ’l binha
Żgur li Hu ma jinsiek qatt. Rit:
Ħdejk jien ġejt Mulej
Jien tas-sema u l-art is-sid
Smajt ta’ ġensi d-dmugħ u l-krib
Kull min jgħix fid-dlam u d-dnub
Neħilsu fis.
Jien li ħlaqt il-kwiekeb sbieħ
Dlam f’dawl nibdel minnfih
Min se jwassal dan id-dawl?
Nibgħat lil min?
Rit:
Ħdejk jien ġejt Mulej
Lili trid, Mulej?
Leħnek smajtu fil-ħemda tal-lejl
Jien immur fejn trid
Jekk tmexxini Int
F’qalbi ngħożż il-poplu l’ Int għażilt.
Ħudni f’idejk
Dil-qalb, dal-moħħ, dal-ġisem, dir-ruħ
Nixtieq nagħtik, o Mulej
Dal-ġisem li tajtni noffrilek jien irrid
Ħudni f’idejk, o Mulej.
Inti Missierna
Inti Missierna li inti fis-sema
Jitqaddes ismek, tiġi saltnatek
Ikun dak li trid inti
Fis-sema hekkda fl-art
Ikun dak li trid int
Fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum, agħtina llum
Dnubietna aħfrilna bħalma naħfru
Lil min hu għalina ħati
La ddaħħalniex fit-tiġrib
Iżda eħlisna mid-deni u t-tiġrib.
Il-mibgħut
Inti t-triq u l-ħajja,
Inti l-verità,
Inti li tmexxini lejn il-libertà,
Inti li għaziltni biex nimxi warajk
U nitgħallem minnek
Nagħmel dak li Alla jrid.
Ridt li tibqa’ fija u jien nibqa’ fik
Ħalli nġorrok dejjem ġo fija.
Inti kont li għażiltni,
Mhux għażiltek jien,
Ħtartni biex tibgħatni nxandrek kullimkien.
Fuq il-pala ta’ idejk, ismi int naqqaxt,
Wgħedtni illi waħdi Inti ma tħallini qatt.
Kemm-il darba għejjejt u ħrabt,
Int ma tlaqtni qatt
U bqajt dejjem tiġri warajja.
Lilek Mulej tifħir u glorja
Lilek Mulej tifħir u glorja. x4
Għall-ħlejjaq kollha li inti tajtna
Ix-xemx u l-qamar li l-ħajja jdawlu
L-ilma u x-xita li l-frott isaħħu
Il-ġonna s-siġar li d-dinja jlewnu.
Lilek Mulej tifħir u glorja. x4
Il-belt t’Alla
Mir-raqda fis qum
u ngħaskom tajruh
jum ġdid qed iżernaq
għal min jgħix fid-dmugħ.
Kull min fid-dlam qiegħed
Dawl jilmaħ sabiħ
Is-sid tal-qlub tagħna
Tal-lejl hu rebbieħ.
Rit:
Nibnu lkoll ta’ Alla l-belt
Biex bil-ferħ jimtlew il-qlub tagħna
Għaliex Hu l-imħabba u d-dawl
Il-lejl biddlilna fin-nhar.
Fis-skiet u l-ġabra
O Ġesu’ la titlaqnix
Naf li jien ma jistħoqqlix
Illi tiġi għandi int illum
Iżd’ għid kelma u ruħi tfiq u tqum
Lilek hawn, jiena lesta biex nirċevik
U nservik: Fis-skiet u l-ġabra
O Mulej dan jien irrid
Illi ngħix kif inti trid.
Ħobż tas-sema niekol jien illum
Biex fil-grazzja nikber ta’ kuljum.
Taħt xbihat jiena nilmaħ lilek sħiħ
Nagħtik ġieh! Fis-skiet u l-ġabra.
Mulej f’idejk
Ħsibijietna indawru lejn l-artal
U naraw is-sagrifiċċju tas-salib
F’dal-mument offrut għalina lkoll
Biex fuqek tieħu t-toqol ta’ kuljum.
Rit:
Mulej f’idejk, jien nagħti ħajti lilek
Mulej f’idejk, ma’ dal-ħobż u l-inbid
Mulej f’idejk, hawn ir-rieda tiegħi
Fuq dan l-artal
Hawn jien Mulej, hawn jien.
Fis-Santwarju tal-Madonna
Hawn quddiemek Madonna mixħut
Għax inħossni hekk mifni u batut
Jiena ġrejt u staqsejt
Fejn insib ftit mistrieħ
U bagħtuni f’riġlejk minnufih.
Rit:
U qaluli, Madonna,
Li ssebbaħ il-ġonna
U għaliex inti ommna
Taħt ħarstek iżżommna
U aħna minn qalbna
Madonna nfaħħruk
U qaluli, Madonna
Li ssebbaħ il-ġonna
U għaliex inti ommna
Taħt ħarstek iżżommna
U aħna, Madonna
Bħal ommna nżommuk.
Ejjew mill-artijiet kollha
Ejjew mill-artijiet kollha
Għajtulu l-Mulej u faħħruh
Bil-ferħ aqduh, wiċċ hieni uruh
Idħlu folla għandu bil-kant.
Il-Mulej u ħadd ħliefu hu Alla
Għamiln’ hu u għalhekk aħna tiegħu
Poplu tiegħu u ħrief ċkejkna tiegħu
Hu għamilna u għalhekk aħna tiegħu.
Ejjew mill-artijiet kollha
Għajtulu l-Mulej u faħħruh
Bil-ferħ aqduh, wiċċ hieni uruh
Idħlu folla għandu bil-kant.
Bierek Mulej
Bierek Mulej dawn li qed noffrulek.
Dawn l-offerti tal-ħobż u l-inbid.
Ilqa’ nitolbuk dan is-sagrifiċċju
Li qed noffru ilkoll f’ismek miġburin.
Illum miġburin qegħdin niftakru
Meta biex jifdina Ibnek ġie
Bħalna bniedem sar u għalina bata
sa ma ħajtu lilek offra fuq salib.
Tneżżajt mill-ġmiel u l-maestà
Tneżżajt mill-ġmiel u l-maestà
Baxxejt rasek b’umiltà
Minn dawk stess soffrejt
Li ħlaqt u tant ħabbejthom
Fuqek stess dnubieti rfajt
Meta mitt u rxuxtajt
Iva ssaltan Int
Merfugħ fuq l-art u s-sema.
Minn qalbi rrid inqimek, o Mulej
Bi mħabbtek int irbaħtni, o Feddej
Għal dejjem ta’ dejjem, nibqa’ nħobbok
U għalija mitt Int waħdek biss
Ħajtek tajt biex lili ħlist
Leħni ngħolli lejk, Ġesù irrid inqimek.
Il-fidwa nafuha ’l-Missier
Il-fidwa nafuha ’l-Missier
Li qiegħed fuq it-tron
Nafuha ’l-Ħaruf
Ġieħ u glorja, radd ta’ ħajr u għerf
Qawwa u saħħa u tifħir.
Rit:
Noffru ’l-Mulej
Għal dejjem ta’ dejjem x3
Ammen.
Nippreżentawlek Missier qaddis
Nippreżentawlek Missier qaddis
Dan il-ħobż u dan l-inbid
Sinjali dgħajfa taċ-ċokon tagħna
Mal-kobor tiegħek infinit.
Bl-Ispirtu s-Santu u bil-kelma tiegħek
Ibdilhom int għalina llum
Biex isiru l-ħobż tal-ħajja
U d-demm prezzjuz tas-Salvatur.
Rit:
U bħal Marija nippreżentawlek
Mhux iżjed ħobż u mhux inbid
Nippreżentawlek ġol-maqdes Tiegħek,
Lil Kristu vittma u qassis.
Kemm ser Iddum
Kemm ser iddum tħabbel rasek għalxejn
Bil-ħsieb tal-paċi li tgħib?
Kemm ser iddum torbot qalbek mal-ġid
Li l-qlub iħalli bla kwiet?
Kemm ser iddum tfittex saltna ta’ ferħ
U nsejt il-ferħ ta’ ġo fik?
Iwieġbek, ħabib, il-leħen li hemm fik,
Iwieġbek il-leħen li hemm fik.
Kemm ser iddum tqatta’ ħajtek fil-għażż
Għax tgħid li kollox għalxejn?
Kemm ser iddum titfa’ ħarstek fil-bogħod
Tittama li d-dawl għad ifeġġ?
Kemm ser iddum tħalli x-xogħol għall-oħrajn
U toħnoq id-dawl li tfajt fik?
Iwieġbek, ħabib, il-leħen li hemm fik,
Iwieġbek il-leħen li hemm fik.
Nidħlu Lkoll
Nidħlu lkoll, inqimu ‘l Alla (3)
Nidħlu lkoll.
Biex infaħħruh tal-ġid li tana (3)
Biex infaħħruh.
U nitolbuh jaħfer ħtijietna (3)
U nitolbuh.
Kun Int, Mulej l-għajnuna tagħna.
Kun Int, Mulej it-tama tagħna.
Kun Int, Mulej il-ħajja tagħna.
Int biss, Mulej.
Sibt Teżor
Mulej għand min immur?
Kliem il-ħajja jinsab fik
Inti biss fuq din l-art
Jew fis-skiet tas-smewwiet
Mulej tiegħi, Salvatur.
Rit:
Jien darba f’għalqa sibt teżor
Li ma jintemmx
Biż-żmien, bil-mewt
Kull ma għandi nbigħ
U nagħti kull ma jien
Biex nikseb sewwa dat-teżor.
Ġesù, sid il-ħolqien
Ma jonqosni xejn Mulej
Ħlief li nara u nemmen li ħajti f’idejk
U fis-saltna tas-smewwiet. Rit:
Irrid nieħu sehem
Irrid nieħu sehem, sehem l-aktar ħaj
Fit-talba ta’ radd il-ħajr li Ibnek għamillek
Xħin offra ġismu u demmu wkoll
Fis-sagrifiċċju mdemmi tal-Kalvarju.
Rit:
O Missier, Alla ħaj
Inroddulek ħajr
Fit-talba Ewkaristika ta’ Ibnek
Magħqudin ġewwa fih
Qed noffrulek il-ġieħ
Li tak fis-sagrifiċċju tal-Kalvarju.
Araw xi mħabba
Rit:
Araw xi mħabba qawwija
Għandu għalina Alla l-Missier
Araw xi mħabba qawwija
Għandu għalina Alla l-Missier.
Li hu, lilna jqisna bħala wlied
Li hu, lilna jqisna bħala wlied.

