CIS Walks

In the Footsteps of a Pilgrim – Reflective walks along the Camino Mariae Melitensis


2025-10 Fuq il-Passi tal-Pellegrin 2

Il-Qalb ta’ Marija li Tħaffef

ENGLISH VERSION

Iż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta (Luqa 1:39-56)

39 F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. 40 Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. 41 Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; 42 u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! 43 U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? 44 Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. 45 Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!”

46 Mbagħad qalet Marija:
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
47 u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
48 għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,
49 għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
50 Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.
51 Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
52 Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
53 Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
54 Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu,
55 bħalma wiegħed lil missirijietna,
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.”

56 Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.

Punti għat-talb

1. Nimmaġina l-Post
Nimmaġina l-vjaġġ urġenti ta’ Marija minn Nazaret għal Lhudija (madwar 130-160 Km) eżatt wara li dehrilha l-anġlu Gabriel. Nimmaġina l-wasla tagħha fid-dar ta’ Żakkarija u l-mument ta’ ferħ meta Ġwanni l-Battista jaqbeż fil-ġuf ta’ Eliżabetta.

2. Nitlob il-Grazzja
Nitlob il-grazzja li nirċievi d-dispożizzjonijiet interni ta’ Marija, li jmexxuni minn eżitazzjoni għal azzjoni immedjata fit-twettiq tas-sejħa ta’ Alla. Nitlob biex inrawwem fiduċja assoluta, servizz umli, u sens ta’ tifħir.

3. Nikkontempla l-Qalb ta’ Marija
Inħares lejn Marija u nisma’ x’inhu jiġri f’qalbha u nosserva r-reazzjonijiet tagħha. Kif nista’ nibbenefika minn dan? Għandek bżonn ispirazzjoni?

Konverżazzjoni ma’ Marija:
Nimmaġina lili nnifsi nitkellem ma’ Marija wiċċ imb’wiċċ, bħalma jitkellem ħabib ma’ ħabib. Nirrifletti fuq l-għarfien miksub minn din il-kontemplazzjoni.

Nikkonkludi b’Missierna, Ave Marija, jew talba xierqa skont il-konversazzjoni.


­X’hemm Wara t-Tħaffif ta’ Marija?

1. Fidi Li Tafda (Luqa 1:45)
L-azzjoni ta’ Marija kienet imsejsa fuq fiduċja assoluta. Hekk qalet Eliżabetta: “Imbierka dik li emmnet li l-Mulej se jwettaq dak li wegħedha!”
• Nistaqsi lili nnifsi: Fuq liema wegħdiet ta’ Alla għandi nistrieħ bħalissa biex nimxi ’l quddiem. Hemm xi dubji partikolari dwar dawk il-wegħdiet li ma jħallunix nafda biżżejjed?

2. Umiltà u Servizz (Luqa 1:48)
Il-vjaġġ tagħha kien att ta’ servizz umli, li poġġa l-bżonn ta’ Eliżabetta qabel il-kumdità tagħha stess u anke qabel id-diffikultà tal-vjaġġ. Nirrifletti fuq ir-rikonoxximent tagħha tal-“kundizzjoni umli tal-qaddejja tiegħu.”
• Nistaqsi lili nnifsi: Hemm xi ħaġa (kumdità, konvenjenza, jew self-focus) li qed nagħtiha prijorità iktar milli dak li Alla qed isejjaħli biex nagħmel?

3. Tifħir iffukat fuq Alla (Luqa 1:46–47, 49)
L-ispirtu ta’ Marija kien iffukat fuq il-kobor t’Alla, mhux fuq l-isfidi tagħha, kif jidher fil-Magnificat: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej… għax Dak li Hu Setgħan għamel miegħi ħwejjeġ kbar.”
• Nistaqsi lili nnifsi: Il-biża’ jew l-ansjetà tiegħi qed inessewni l-fedeltà u l-qawwa ta’ Alla li rajt fil-passat?

L-eżempju ta’ Marija jgħallimna li biex negħlbu t-tentazzjoni li ngħidu “Mhux għalissa,” irridu nrawmu l-ħajja interjuri tagħha: nimxu mid-dubju lejn il-fiduċja, mill-iffukar fuqna nfusna lejn is-servizz, u mill-ansjetà lejn it-tifħir. L-azzjoni tagħha kienet il-frott viżibbli tal-interjorita’ tagħha.


Xhieda:

St. Maximilian Kolbe

Maximilian Kolbe, patri Franġiskan Pollakk matul it-Tieni Gwerra Dinjija, wera ubbidjenza radikali għas-sejħa t’Alla. Arrestat talli ta kenn lil-Lhud, intbagħat f’Auschwitz. Meta priġunier ieħor intgħażel biex imut, Kolbe offra ruħu biex jieħu postu, u qal, “Jiena qassis Kattoliku. Irrid immut għal dak ir-raġel.”

Huwa ta ħajtu mingħajr eżitazzjoni.

Mexxa t-talb f’bunker tal-ġuħ.

Miet martri, billi rrappreżenta l-imħabba ta’ Kristu.

Il-wirt tiegħu: imħabba kuraġġuża fl-azzjoni.
Kliemu: “L-imħabba biss hija kreattiva.”

San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija

Għalkemm sieket fl-Iskrittura, l-azzjonijiet ta’ Ġużeppi tkellmu b’leħen għoli.

Huwa aċċetta lil Marija wara ħolma divina (Mattew 1:24).

Huwa ħarab lejn l-Eġittu biex jipproteġi lil Ġesù (Mattew 2:14).

Huwa obda l-ordni t’Alla mingħajr dewmien.
Ħajjet Ġużeppi kienet immarkata minn kuraġġ kwiet u ubbidjenza immedjata.
“Meta Ġużeppi qam, għamel dak li kien ordnalu l-anġlu tal-Mulej…”

St. Teresa ta’ Kalkutta

Madre Teresa semgħet is-sejħa t’Alla u wieġbet immedjatament.

Telqet mill-kunvent tagħha biex taqdi lill-foqra f’Kalkutta.

Waqqfet il-Missjunarji tal-Karità.

Iffaċċjat it-tbatija iżda qatt ma waqfet taqdi.
Hija daħlet fl-inċertezza bil-fidi, bħal Marija.
Kliemha: “Għandna biss illum. Ejjew nibdew.”



One response to “2025-10 Fuq il-Passi tal-Pellegrin 2”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *